Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 - Nijs vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

(Kawża F-64/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura - Sunt tal-motivi mressqa fir-rikors - Proċedura ta' evalwazzjoni - Nomina tal-evalwatur u l-validatur - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tinnomina l-evalwatur u l-validatur tar-rikorrent u t-talba għal kumpens għad-dannu subit wara l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008, p. 25.