Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2008 - Pleijte vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Johanna Gerdina Pleijte (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Nelissen Grade, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annuallament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li teskludi l-isem tar-rikorrenti mil-lista provviżorja tal-uffiċjali magħżula fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' ċertifikazzjoni 2007 u li tnaqqas il-perijodu ta' leave għal raġunijiet personali mill-perijodu ta' 10 snin meħud inkunsiderazzjoni sabiex jiġi kkalkolat iż-żmien ta' servizz tagħha, għall-finijiet tal-imsemmija proċedura ta' ċertifikazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorita tal-Ħatra tas-7 ta' Awwissu 2007 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li teskludi l-isem tar-rikorrenti mil-lista provviżorja tal-uffiċjali magħżula fil-kuntest tal-eżerċizzju ta' ċertifikazzjoni 2007;

iżżid l-isem tar-rikorrenti fil-lista tal-uffiċjali magħżula fi żmien xieraq, sabiex ir-rikorrenti tkun tista' tipparteċipa fil-programm ta' taħriġ previst fl-Artikolu 6 tad-DĠE;

temenda l-metodologija deskritta fl-informazzjoni amministrattiva tat-8 ta' Jannar 2008 adottata abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)5694 tal-20 ta' Novembru 2007 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni tal-Artikolu 45a fir-rigward tal-parti relatata mal-kalkolu tal-esperjenza fi ħdan l-istituzzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________