Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Aġir allegatament illegali min-naħa tas-servizz mediku tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Non-osservanza ta' terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għal kumpens)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba tar-rikorrent li jingħata kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba aġir illegali min-naħa tas-servizz mediku li l-Kummissjoni wettqet fil-kuntest tal-ipproċessar ta' tliet ċertifikati mediċi ppreżentati mir-rikorrent matul is-Sajf tal-2001.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 20.10.07, p. 45.