Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2009 - Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-68/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-10 ta' Novembru 2008 li r-rikorrenti ma tiġix promossa għal Grad 12 fil-proċedura ta' promozzjoni 2006.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropej li r-rikorrenti ma tiġix promossa għal Grad 12 fil-proċedura ta' promozzjoni 2006;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

____________