Rikors ippreżentat fl-10 ta' Lulju 2009 - Angulo Sanchez vs Il-Kunsill
(Kawża F-67/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nicolas Angulo Sanchez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jiċħdu t-talbiet għal leave speċjali magħmula mir-rikorrent minħabba mard serju tal-ġenituri tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru u tat-8 ta' Diċembru 2008 li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent għal leave speċjali minħabba mard serju ħafna tal-ġenituri tiegħu;
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________