Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 - Putterie-de-Beukelaer vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-1/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Françoise Putterie-de-Beukelaer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li ma tippermettix il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2007.
Talbiet tar-rkorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-30 ta' Settembru 2008 li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti dwar id-deċiżjoni li ma taċċettax l-applikazzjoni tagħha għaċ-ċertifikazzjoni 2007;
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma taċċettax l-applikazzjoni tar-rikorrenti għaċ-ċertifikazzjoni 2007;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________