Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 - Di Prospero vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-99/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rita Di Prospero (Uccle, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Oġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma taċċettax il-kandidatura tar-rikorrenti għall-kompetizzjoni EPSO/AD/ 117/08.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) li li ma tħallix lir-rikorrenti tippreżenta l-kandidatura tagħha għall-kompetizzjoni EPSO/AD/ 117/08;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________