Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (L-Estonja) fis-7 ta' Lulju 2009 - Novo Nordisk AS vs Ravimiamet

(Kawża C-249/09)

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novo Nordisk AS

Konvenuta: Ravimiamet

Domandi preliminari

L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (kif emendat u ssuplimentat) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal kwotazzjonijiet, minn ġurnali mediċi jew xogħlijiet xjentifiċi oħrajn, li huma inklużi fir-reklamar għal prodott mediċinali intiż għal persuni li huma awtorizzati jippreskrivu l-imsemmi prodott mediċinali?

L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta' Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (kif emendat u ssuplimentat) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprjobixxi l-pubblikazzjoni, fir-reklamar ta' prodotti mediċinali, ta' affermazzjonijiet li jmorru kontra s-sunt tal-karatteristiċi tal-prodott, iżda li ma jeżiġix li l-affermazzjonijiet kollha fir-reklamar għal prodotti mediċinali għandhom ikunu inklużi fis-sunt tal-karatteristiċi tal-prodott jew għandhom ikunu jistgħu jiġu dedotti mill-informazzjoni fis-sunt?

____________

1 - ĠU L 311, p. 67.