Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 - Moschonaki vs Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol

(Kawża F-10/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Chrysanthe Moschonaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, it-talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju kontra l-kap tar-riżorsi umani u, min-naħa l-oħra, it-talba li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni mġarrba

Talbiet tar-rikorrenti

-    jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Fondazzjoni tad-29 ta' Frar 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju kontra l-kap tar-riżorsi umani;

-    safejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Fondazzjoni tal-24 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti skont l-Artikolu 90(2) tas-27 ta' Ġunju 2008;

-    jikkundanna lill-Fondazzjoni sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens stmat provviżorjament għal EUR 100 000;

-    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________