Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2009 - Peláez Jimeno vs Il-Parlament

(Kawża F-13/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Josefina Peláez Jimeno (Relegem - Asse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat )

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikklassifika lir-rikorrenti bħala uffiċjal taħt perijodu ta' prova fi grad u skala inferjuri minn dawk li hija kellha bħala membru tal-persunal temporanju.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla id-deċiżjoni ta' klassifikazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-8 ta' Frar 2008 li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet ikklassifikata fil-kategorija l-ġdida "AST" grad 1, skala 5, bħala uffiċjal taħt perijodu ta' prova, u kkonfermata mid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Novembru 2008;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________