Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2009 - Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-23/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Lévi, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

It-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Bank dwar il-ħatra ta' konsulent ad interim għad-Diviżjoni OVS u li jiġi annullat l-avviż ta' post vakanti ECB/074/08, kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha adottati abbażi ta' dan tal-aħħar. Barra minn dan, it-talba sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata għall-ħlas ta' somma bl-għan li jiġi kkumpensat id-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tas-17 ta' Lulju 2008 ta' ħatra ta' L ad interim għall-post ta' konsulent tad-Diviżjoni OVS;

tannulla l-avviż ta' post vakanti ECB/074/08;

konsegwentement, (i) tannulla d-deċiżjonijiet kollha adottati fuq il-bażi tal-avviż ta' post vakanti, inkluż id-deċiżjoni li taħtar lil L għall-post ta' konsulent tad-Diviżjoni OVS meħuda wara l-proċedura ta' reklutaġġ u (ii) tikkundanna l-konvenuta għall-ħlas ta' somma ta' EUR 10 000, stabbilit ex aequo et bono, bl-għan li jiġi kkumpensat id-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti u EUR 2 500 bl-għan li jiġi kkumpensat id-dannu materjali marbut mal-intervent tal-konsulenti tar-rikorrenti fl-istadju tal-proċedura prekontenzjuża;

bil-preżunzjoni li l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' annullament twassal għal diffikultajiet serji, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ta' EUR 45 600;

tikkundanna lil Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

____________