Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Frar 2009 - Schönberger vs Il-Parlament

(Kawża F-7/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Għoti ta' punti ta' mertu - Prinċipju ta' trattament ugwali)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta' Jannar 2007 li r-rikorrent jingħata numru ta' punti ta' prijorità inqas minn dak mixtieq mir-rikorrent

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet li bihom il-Parlament Ewropew irrifjuta li jagħti t-tielet punt ta' mertu lil P. Schönberger fil-proċedura ta' evalwazzjoni 2003 huma annullati.

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 64, 08.03.2008, p. 69.