Rikors ippreżentat fl-24 ta' Frar 2009 - De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-16/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jorge de Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fil-konfront tad-deċiżjoni dwar l-evalwazzjoni tiegħu matul is-sena 2007.
Talbiet tar-rikorrent
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-ħatra tal-21 ta' Novembru 2008 u, sa fejn ikun meħtieġ, ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera li jkopri l-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2007;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________