Language of document : ECLI:EU:F:2008:23

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

19 ta’ Lulju 2011

Kawża F-31/07 RENV

Françoise Putterie

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju – Tħassir tal-kawża”

Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu F. Putterie titlob l-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tagħha li jikkonċerna l-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2005, sa fejn dan ir-rapport, u b’mod partikolari t-Titolu 6.5 “Potenzjal”, ma jirrikonoxxix il-potenzjal tagħha li teżerċita funzjonijiet li jaqgħu fil-kategorija B*.

Deċiżjoni: Il-Kawża F-31/07 RENV, Putterie vs Il-Kummissjoni, għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)