Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Settembru 2010 - da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent sabiex timtela' l-pożizzjoni ta' direttur tad-Direttorat E "Ġustizzja" tad-DĠ "Ġustizzja, Libertà u Sigurtà", kif ukoll id-deċiżjoni ta' ħatra tad-direttur il-ġdid. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura sabiex timtela' l-pożizzjoni ta' direttur tad-DĠ JLS.F "Sigurtà" kif ukoll id-deċiżjoni ta' ħatra tad-direttur il-ġdid.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent sabiex timtela' l-pożizzjoni ta' direttur tad-Direttorat E "Ġustizzja" tad-DĠ "Ġusizzja, Libertà u Sigurtà" kif ukoll id-deċiżjoni ta' ħatra tad-direttur il-ġdid;

tannulla d-deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura sabiex timtela' l-pożizzjoni ta' direttur tad-DĠ JLS.F "Sigurtà" kif ukoll id-deċiżjoni ta' ħatra tad-direttur il-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________