Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Novembru 2010 - Trentea vs FRA

(Kawża F-112/10)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cornelia Trentea (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Suġġett

L-ewwel nett, annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni ta' assistent amministrattiv fl-oqsma tal-għoti ta' kuntratti pubbliċi u tal-finanzi, u kif ukoll id-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor. It-tieni nett, kumpens għal danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lit-Tribunal:

jannulla d-Deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, tal-5 ta' Ġunju 2010, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni (ref. TAADMIN-AST4-2009) u d-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor;

jekk ikun neċessarju, jannulla d-Deċiżjoni tat-22 ta' Lulju 2010 illi tiċħad l-ilment tal-appellanti, u d-deċizjoni tas-27 ta' Settembru 2010 illi ticħad it-talba tal-appellanti għal reviżjoni u tkomplija tal-ilment.

jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu materjali illi jikkorrispondi għad-differenza bejn is-salarju kurrenti tagħha u s-salarju ta' AST4, sal-età tal-irtirar, inklużi l-allowances u indennizzi kollha u l-kumpens għad-drittijiet tal-pensjoni;

jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 10,000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________