Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2010 - AM vs Il-Parlament

(Kawża F-100/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AM (Málaga, Spanja) (rappreżentanti: L. Lévi u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-iSKAM, l-istroke li kellu r-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-12 ta' Novembru 2009 li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej, l-istroke li kellu r-rikorrent u, jekk ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment;

konsegwentement, tiddeċiedi li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-applikazzjoni mressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal minn kummissjoni medika ġdida;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati ex aequo et bono għal EUR 50 000 għad-dannu morali subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati b'mod provviżorju għal EUR 25 000 għad-dannu materjali subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-interessi moratorji fuq il-kapital dovut abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal b'rata ta' 12 % fuq perijodu li beda jiddekorri l-iktar tard fil-15 ta' Marzu 2007 sal-ħlas komplet tal-kapital;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________