Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2011 - Nicolas Katrakasas vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-24/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nicolas Katrakasas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma jidhirx isem ir-rikorrent fuq il-lista ta' riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni COM/INT/OLAF/09/AD8.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla, tal-11 ta' Mejju 2010, li tikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni tiegħu tad-9 Marzu 2010 li ma jinkludix lir-rikorrent fuq il-lista ta' riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna "COM/INT/OLAF/09/AD8 - Diretturi li jispeċjalizzaw fil-ġlieda kontra l-frodi";
tannulla, safejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 ta' Novembru 2010, li tiċħad l-ilment;
tannulla l-lista ta' riżerva sa fejn din ma tinkludix l-isem tar-rikorrent u d-deċiżjonijiet kollha meħuda abbażi tagħha;
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________