Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Frar 2011 - AX vs Il-BĊE

(Kawża F-7/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AX (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b'effett mill-5 ta' Awwissu 2010 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-4 ta' Awwissu 2010 lil permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b'effett mill-5 ta' Awwissu 2010;

konsegwentement, tordna r-riintegrazzjoni tar-rikorrent fil-funzjoni tiegħu flimkien mal-informazzjoni adegwata pprovduta lill-pubbliku sabiex ir-reputazzjoni tiegħu terġa' tkun bħal ma kienet.

fi kwalunkwe, każ, tordna l-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrent stmati ex aequo et bono għal EUR 20 000.

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.

____________