Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2010 - Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ir-rimbors sħiħ ta' ċerti spejjeż u drittijiet mediċi.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni adottata fl-20 ta' Ottubru 2009 mill-Uffiċċju ta' Brussell għall-ħlasijiet mill-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, fl-għamla ta' prospett Nru 171, li tiċħad lir-rikorrent ir-rimbors sħiħ għal erba' konsultazzjonijiet għand tabib regolari, fis-17 ta' Frar, fit-2 ta' April, fit-23 ta' April u fil-11 ta' Mejju 2009, ta' żewġ konsultazzjonijiet għand tabib speċjalista, fis-6 ta' April u fil-15 ta' Ġunju 2009 kif ukoll għal żewġ okkażjonijiet ta' xiri ta' mediċina preskritta mill-psikjatra Vandenborre, fit-22 ta' Ġunju u fit-22 ta' Settembru 2009;

jannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra tat-13 ta' April 2010 sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq fl-20 ta' Jannar 2010, kontra din id-deċiżjoni tal-20 ta' Ottubru 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropeja għall-ispejjeż.

____________