Rikors ippreżentat fl-1 ta' Lulju 2010 - Bermejo Garde vs KESE
(Kawża F-51/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Bruxelles, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti tal-KES Nru 43/09 intiż sabiex timtela l-pożizzjoni ta' direttur fid-Direttorat tal-Affarijiet Ġenerali kif ukoll ta' kull deċiżjoni meħuda abbażi ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti. Min-naħa l-oħra, talba sabiex il-konvenut jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrent ammont għad-danni.
Motivi u argumenti prinċipali
tannulla l-avviż ta' pożizzjoni vakanti tal-KES Nru 43/09 intiż sabiex timtela l-pożizzjoni ta' direttur fid-Direttorat tal-Affarijiet Ġenerali;
tannulla kull deċiżjoni meħuda abbażi tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti tal-KES Nru 43/09;
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta' EUR 1 000 għad-danni;
tikkundanna lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-ispejjeż.
____________