Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2010 -Verheyden vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-54/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luc Verheyden (Angera, L-Italja) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb l-istess trattament mogħti lir-rikorrenti fil-Kawżi F-5/05 u F-7/05.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fis-16 ta' Lulju 2009;

Tannulla,sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni espliċita ta' ċaħda tal-ilment imressaq mir-rikorrent fit-28 ta' Diċembru 2009, mogħtija fid-29 ta' Marzu 2010;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta' EUR 3 000 għall-kumpens;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________