Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Mejju 2010 - Stratakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sofoklis Stratakis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: F. Sigalas, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AD/129/08 li ma tinkludix isem ir-rikorrent fil-lista ta' riżerva ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

Jannulla d-deċiżjoni tat-30 ta' Lulju 2009, tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AD/129/08 li ma tinkludix isem ir-rikorrent fil-lista ta' riżerva ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż.

____________