Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2010 - Florentiny vs Il-Parlament

(Kawża F-90/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Florentiny (Strassen, Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix inkluż ir-rikorrent fost l-uffiċjali promossi għall-grad AST6 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tad-29 ta' Ġunju 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-24 ta' Novembru 2009, ippubblikata fit-2 ta' Diċembru 2009, li ma jiġix inkluż ir-rikorrent fil-lista ta' uffiċjali promossi fil-grad AST6 abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2009;

tindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-effetti li jġib miegħu l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b'mod partikolari, il-klassifikazzjoni fil-grad AST6, kif ukoll ir-retroattività tal-promozzjoni fil-grad AST6 mid-data ta' meta din kellha ssir effettiva, jiġifieri, l-1 ta' Jannar 2009;

tħallas lir-rikorrent EUR 2 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________