Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Mejju 2010 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1.1.2005 sal-31.12.2005, kif stabbilit wara l-annullament tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-sentenza tiegħu F-36/07.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera (REC/CDR) tar-rikorrent għall-perijodu mill-1.1.2005 sal-31.12.2005, kif stabbilit wara l-annullament tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bis-sentenza tas-7 ta' Mejju 2008 fil-Kawża F-36/07 Lebedef vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________