Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2010 - Vakalis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-38/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ioannis Vakalis (Luvinate, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom għall-iskema tal-Unjoni.
Talbiet tar-rikorrent
jikkonstata li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 60/2004, tat-28 ta' April 2004 hija illegali;
jannulla d-Deċiżjoni PMO-4/TP D (2009)/434514716;
jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________