Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Marzu 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li ma aċċettatx lir-rikorrenti għall-eżami orali tal-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tal-EPSO tal-10 ta' Diċembru 2010 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li tattribwixxi lir-rikorrenti marka eliminatorja ta' 6/10 għall-eżami bil-miktub C tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________