Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Marzu 2011 - ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-30/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1.1.2008 sal-31.12.2008, kif ukoll il-kumpens għad-danni allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-REK li jikkonċerna s-sena 2008 u jikkundanna lill-konvenut li jħallas kumpens għad-danni subiti, stmat provviżorjament għal EUR 5 000 u li ser jiġi stabbilit iktar preċiżament fil-mori tal-kawża, kif ukoll l-interessi kumpensatorji u moratorji kkalkolati bir-rata ta' 6.75 % fuq id-danni għal danni morali u materjali;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________