Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Marzu 2010 - Marsili vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-19/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Letizia Marsili (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu u M. Velardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta' riżerva għall-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08, kif ukoll il-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tas-17 ta' Diċembru 2009 li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista għall-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08 u tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni stmati provviżorjament għal EUR 1 u li ser ikunu ddefiniti iktar preċiżament matul il-kawża, kif ukoll l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta' 6.75 % għad-danni morali u materjali subiti.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________