Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2009 - AA vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-101/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Prinċipalment, l-annullament parzjali tad-deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fl-iskala 2 tal-grad AD6 u li l-konvenuta tiġi kkundannata tagħmel tajjeb għad-danni morali u materjali kkawżati. Sussidjarjament, li l-konvenuta tiġi kkundannata tikkumpensa d-danni morali u materjali kkawżati mid-dewmien fir-reklutaġġ tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
Prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta' Frar 2009 fil-parti li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni definittiva tar-rikorrenti kif ukoll tikkundanna lir-rikorrenti tħallas id-danni li jammontaw għal EUR 321 854 u l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta' 6.75 % għad-danni morali u materjali subiti.
Sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni li jammontaw għal EUR 2 331 246 u l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta' 6.75 % għad-danni morali u materjali kkawżati mid-dewmien fir-reklutaġġ tar-rikorrenti;
Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________