Language of document : ECLI:EU:F:2010:39

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

5 ta’ Mejju 2010

Kawża F-70/09

Vladimir Nikolchov

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizzi Pubbliku — Tħassir”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEFA, li permezz tiegħu V. Nikolchov, membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni mill-1 ta’ Ottubru 2009 sal-15 ta’ Jannar 2009, u sussegwentement uffiċjal ta’ din l-istess istituzzjoni mis-16 ta’ Jannar 2008, jitlob, minn naħa, li jiġi stabbilit il-post ta’ reklutaġġ tiegħu f’Sofija (il-Bulgarija) u, min-naħa l-oħra, il-benefiċċju tal-allowance ta’ kuljum, skont l-Artikoli 92 u 25 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, matul il-perijodu ta’ prova tiegħu, miżjud b’xahar.

Deċiżjoni: Il-Kawża F‑70/09, Nikolchov vs Il‑Kummissjoni, tħassret mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Ir-rikorrent jirtira r-rikors tiegħu, inkluż fir-rigward tal-ispejjeż. Il-Kummissjoni ser tistabbilixxi l-post ta’ oriġini tar-rikorrent f’Sofija (il-Bulgarija) b’effett retroattiv mill-2009 u ser tirrimborsa l-ispejjeż ta’ tneħħija tar-rikorrent minn din il-belt, bil-kundizzjoni li r-rikorrent jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħrajn imposti mill-Artikolu 9 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Kummissjoni tħallas is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 500 lir-rikorrent, bħala sehem fl-ispejjeż ta’ dan tal-aħħar. Ir-rikorrent ibati l-bqija tal-ispejjeż tiegħu. Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali — Rikorsi — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli69 u74)