Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2010 - Scheefer vs Il-Parlament

(Kawża F-75/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Séverine Scheefer (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: C. L'Hote-Tissier, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jirrifjutaw li jagħtu deċiżjoni motivata fir-rigward tas-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrenti u li jirrifjutaw in fine ir-riklassifikazzjoni tal-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti għal impjieg għal perijodu indeterminat skont l-Artikolu 8(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jissospendi l-proċeduri quddiemu sakemm tingħata d-deċiżjoni fil-Kawża F-105/09 li tinsab pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea;

inkella jannulla d-deċiżjonijiet tal-11 ta' Frar 2010 u tal-10 ta' Ġunju 2010 li permezz tagħhom il-Parlament irrifjuta, billi sempliċiment irrefera għall-ittra tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2009, li jagħti deċiżjoni motivata fir-rigward tas-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrenti kif ukoll, in fine, minkejja żewġ tiġdid suċċesivi, ir-riklassifikazzjoni tal-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti għal kuntratt għal perijodu indeterminat;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta' Frar 2009;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta' Ottubru 2009;

jannulla l-klassifikazzjoni ġuridika tal-kuntratt inizjali kif ukoll id-data tal-iskadenza tiegħu, stabbilita għall-31 ta' Marzu 2009;

għaldaqstant jirriklassifika l-impjieg tar-rikorrenti bħala impjieg għal perijodu indeterminat;

jikkumpensa d-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Parlament;

sussidjarjament, u fil-każ remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li minkejja li sar kuntratt għal impjieg għal perijodu indeterminat, ir-relazzjoni ta' xogħol kienet spiċċat - li ma hux aċċettat-, jagħti danni għal xoljiment abbużiv tar-rabta kuntrattwali;

b'mod iktar sussidjarju, u fil-każ remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li l-ebda riklassifikazzjoni ma hija possibbli - li ma hux aċċettat-, jagħti danni għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir żbaljat tal-Parlament Ewropew;

jirriżerva lir-rikorrenti d-drittijiet, ir-rimedji, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha, u b'mod partikolari l-kundanna mill-Parlament għad-danni konnessi mad-dannu mġarrab;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________