Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2010 - Gheysens vs Il-Kunsill

(Kawża F-8/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Johan Gheysens (Mechelen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jiġix estiż il-kuntratt tar-rikorrent u, konsegwentement, li tintemm ir-relazzjoni ta' xogħol tiegħu mal-Kunsill.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li ma jiġix estiż il-kuntratt tar-rikorrent wara t-30 ta' Settembru 2009 u r-rifjut li jittieħdu l-miżuri kollha bil-għan li tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni amministrattiva tar-rikorrent li ilu għal 16-il sena jeżerċita kompiti permanenti mal-istituzzjoni;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________