Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2010 - Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad talba ta' rimbors ta' 100% ta' spejjeż mediċi diversi.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita li l-Awtorità tal-Ħatra hija preżunta li adottat fis-7 ta' April 2009, li tiċħad it-talba tar-rikorrent, tas-7 ta' Diċembru 2008, li biha huwa talab ir-rimbors kollu, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, ta' tliet prestazzjonijiet ta' servizzi mediċi, jiġifieri konsulta ma' psikjatra, fis-6 ta' Ottubru 2008, prodotti mediċinali preskritti mill-istess psikjatra u mogħija lir-rikorrent fil-21 ta' Ottubru 2008 kif ukoll konsulta ma' tabib fl-1 ta' Diċembru 2008;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fl-20 ta' Ottubru 2009, li biha inċaħad l-ilment tar-rikorrent magħmul fil-25 ta' Ġunju 2009, kontra l-imsemmija deċiżjoni impliċita tas-7 ta' April 2009;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________