Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Centrale - Sezione di Bologna (l-Italja) fid-19 ta' Ottubru 2010 - Ufficio IVA di Piacenza vs Belvedere Costruzioni Srl

(Kawża C-500/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Centrale - Sezione di Bologna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ufficio IVA di Piacenza

Konvenuta: Belvedere Costruzioni Srl

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tat-Trattat KE, li issa sar l-Artikolu 4 TUE, u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul, jipprekludu regola tal-Istat Taljan, li tinsab fl-Artikolu 3(2a) tad-Digriet Liġi Nru 40, tal-25 ta' Marzu 2010, ikkonvertit fil-Liġi Nru 73, tat-22 ta' Mejju 2010, li tipprojbixxi l-qorti kompetenti fil-qasam fiskali milli tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta' dejn fiskali li l-ħlas tiegħu ntalab fit-terminu previst mill-awtorità tat-taxxa permezz ta' appell minn deċiżjoni sfavorevoli, u li għaldaqstant tipprovdi, essenzjalment, għar-rinunzja totali tal-kreditu ta' VAT inkwistjoni meta l-ineżistenza ta' dan tal-aħħar tkun ġiet ikkonstatata f'żewġ istanzi ġudizzjarji, mingħajr ebda ħlas, lanqas parzjali, tal-kreditu inkwistjoni mill-persuna taxxabbli li tibbenefika minn din ir-rinunzja?

____________