Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Mejju 2010 - Maxwell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/09) 1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Kollokament fl-interess tas-servizz - Leave għal raġunijiet personali - Spejjeż ta' akkomodazzjoni u ta' edukazzjoni - Rikors għad-danni - Responsabbiltà għal ħtija - Arrikkiment indebitu)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Allan Maxwell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent waqt il-perijodu ta' leave għal raġunijiet personali meħud sabiex iwettaq il-funzjoni ta' "EU Senior Advisor" fl-Organizzazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija Koreana, dannu kkawżat min-nuqqas ta' rimbors ta' spejjeż ta' akkomodazzjoni u ta' edukazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' A. Maxwell huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009, p. 64.