Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2010 - Arango Jaramillo et vs BEI
(Kawża F-34/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Oscar Orlando Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali mġarrab minnhom.
Talbiet tar-rikorrenti
jannulla d-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment li jirriżultaw mill-karta tas-salarju ta' Frar 2010 tar-rikorrenti, li jżidu l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet, permezz taż-żieda fil-bażi tal-kalkolu (remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis) tal-imsemmija kontribuzzjoni, kif ukoll tal-koeffiċjent tal-kalkolu, espress bħala perċentwali tal-imsemmija remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis, min-naħa l-oħra;
tikkundanna lill-Bank sabiex iħallas EUR 1 simbolika, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti;
tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.
____________