Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Lulju 2010 - Bergström vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura bħala uffiċjali - Kandidati mniżżla fuq lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli -
Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ragnar Bergström (Linkebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement minn T. Bontinck u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja [rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti]
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-10 ta' Awwissu 2005, li biha r-rikorrent, membru tal-persunal temporanju u li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali COM/A/3/02, ġie maħtur uffiċjal bi klassifikazzjoni A*6, skala 2, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 165, 15.07.2006, p. 36.