Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Awissu 2010 - Mantzouratos vs Il-Parlament

(Kawża F-64/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Mantzouratos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li għandhom inqas punti ta' mertu mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li għandhom inqas (punti ta') mertu minnu;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________