Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta' Diċembru 2010 - Schuerings vs Fondation européenne pour la formation (ETF)

(Kawża F-87/08) 1

"Servizz pubbliku - Persunal tal-Fondation européenne pour la Formation - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Rekwiżit ta' motiv validu - Tneħħija tal-post vakanti - Dmir ta' premura - Assenjazzjoni mill-ġdid"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gisela Schuerings (Nice, Franza) (rappreżentanti: N. Lhoest u L. Delhaye, avukati)

Konvenuta: Fondation européenne pour la formation (ETF) (rappreżentanti: T. Ciccarone, aġent, assistit minn L. Levi, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l- Fondation européenne tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-tkeċċija ta' G. Schuerings, tat-23 ta' Ottubru 2007, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Fondation européenne pour la formation (ETF) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43.