Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Ottubru 2010 - Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad in-nota tar-rikorrenti li permezz tagħha titlob mingħand il-konvenuta l-protezzjoni skont l-Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrenti tal-1 ta' Ottubru 2009 u, jekk ikun meħtieġ, tal-ittra/deċiżjoni tal-IDOC tat-3 ta' Novembru 2009 u tal-ittra tad-direttur ġenerali tad-Direzzjoni Ġenerali Riżorsi Umani tal-Kummissjoni Ewropea, tat-22 ta' Marzu 2010;

sa fejn ikun meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment tagħha, deċiżjoni tat-3 ta' Awwissu 2010 u nnotifikata l-għada, l-4 ta' Awwissu 2010;

Għaldaqstant,

li l-miżuri msemmija fit-talba tagħha tal-1 ta' Ottubru 2009 jittieħdu mill-Awtorità tal-Ħatra;

li b'mod partikolari, il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal tiġi ggarantita;

li l-ilmenti li saru kontra r-rikorrenti jiġu rtirati min-noti tas-6 ta' Mejju u tat-30 ta' Settembru 2008 u li jingħataw id-danni bħala ħlas għall-ħsara li sofriet ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________