Rikors ippreżentat fil-15 ta' Diċembru 2010 - Bömcke vs BEI
(Kawża F-127/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
L-annullament tal-elezzjoni tar-rappreżentant tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, imħabbra mill-uffiċċju elettorali tal-BEI fit-8 ta' Diċembru 2010.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla l-elezzjoni tar-rappreżentant kollettiv tal-persunal tal-BEI mħabbra mill-uffiċċju elettorali tal-BEI fit-8 ta' Diċembru 2010 u d-deċiżjoni tal-10 ta' Diċembru 2010 tal-uffiċċju elettorali tal-BEI li tiċħad l-ilment ippreżentat, skont l-Artikolu 17 tal-Anness IV tal-Konvenzjoni dwar ir-rappreżentanza tal-persunal tal-BEI, mir-rikorrent fid-9 ta' Diċembru 2010.
tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
____________