Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Frar 2011 - Skareby vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-95/09) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku - Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Terminu raġonevoli - Bidu tad-dekorrenza - Tul)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinfetaħx investigazzjoni dwar il-fastidju psikoloġiku li tiegħu kienet vittma r-rikorrenti

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-4 ta' Marzu 2009, dwar ir-rifjut li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva, dwar il-fatti allegati ta' fastidju psikoloġiku mwettaq minn ex superjur ġerarkiku ta' C. Skareby, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010, p. 81