Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Top Cable vs SRB
(Kawża T-689/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Top Cable, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A li kienu proprjetà tagħha;
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni iħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 52 000 000 bħala kumpens għad-danni sostnuti (l-“ammont dovut);
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
____________