Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2017 – Asociación de Usuarios de Bancos, Cajas y Seguros de España vs SRB

(Kawża T-735/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de Usuarios de Bancos, Cajas y Seguros de España (Adicae Consumidores Críticos y Responsables) (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: J. Llanos Acuña, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla u tqis bħala mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, adottata fis-sessjoni eżekuttiva tas-7 ta’ Ġunju 2017 (Deċiżjoni SRB/EES/2017/08), li permezz tagħha ġie deċiż li jingħata bidu għall-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u li dan jiġi applikat fir-rigward tal-entità Spanjola Banco Popular Español, SA.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

____________