Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2018 – Hashem u Assi vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

(Kawża T-314/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hashem Asad Mohammad Hashem (Amman, il-Ġordan), Souhair H. B. Assi (Amman) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco, C. Iglesias Megías u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-danni subiti mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li wasslu sabiex huma jitilfu l-investimenti kollha tagħhom f’bonds issubordinati ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A.;.

tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni subiti: prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 5 571 434.73 f’azzjonijiet tal-Banco Popular; jew, alternattivament, sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 2 341 142.51;

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2017, C 424, p. 42).

____________