Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2018 – Calvo Gutierrez et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

(Kawża T-315/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Maria Graciela Calvo Gutierrez (Alcobendas, Spanja) u 21 rikorrenti oħra (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco, C. Iglesias Megías u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u tikkundannah sabiex jikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrenti li jirriżulta mill-azzjonijiet u mill-ommissjonijiet tiegħu li wasslu għat-telf totali tagħhom tal-investiment f’bonds subordinati ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A.

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex iħallas lir-rikorrenti ammont bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit;

bħala dannu materjali, l-ammont totali ta’ EUR 7 570 098.78 għall-iżvalutazzjoni ta’ azzjonijiet tal-Banco Popular, maqsum pro rata skont l-azzjonijiet miżmuma minn kull wieħed mr-rikorrenti, kif ġej:

María Graciela Calvo Gutiérrez: EUR 8 836.67

Eric Gancedo Holmer: EUR 35 257.42

María Graciela Calvo Gutiérrez u Eric Gancedo Holmer: EUR 39 358.01

Carlos Eric Gancedo Calvo: EUR 7 374.19

Gabriel Gancedo Calvo: EUR 7 062.93

Jorge Gancedo Calvo: EUR 8 545.24

Lucía Gancedo Calvo: EUR 7 388.69

Manuel Gancedo Calvo:EUR 9 472.17

José Gancedo Calvo: EUR 7 389.45

Claudia Sáez de Montagut Gancedo: EUR 763.66

Bosco Sáez de Montagut Gancedo: EUR 2 879.18

Yago Sáez de Montagut Gancedo: EUR 379.16

VICA58, S.L.: EUR 265 763.84

Diana Luisa Gancedo Holmer: EUR 175 499.04

Guillermo de Zavala Gancedo: EUR 722.47

Alfredo de Zavala Gancedo: EUR 718.65

Cosme de Zavala Gancedo: EUR 1 006.27

Bruno de Zavala Gancedo: EUR 689.66

María Astrid Gancedo Holmer: EUR 442 136.41

Marco Gancedo Holmer: EUR 442 135.64

LOS PRUNOS DEL SETO, S.L.: EUR 6 898.14

MANUEL GANCEDO, S.A.: EUR 5 340 911.85

EVEDAM INMUEBLES, S.L.: EUR 620 238.46

GANCEDO Y GONZÁLEZ, S.L.: EUR 138 671.57; u

bħala dannu morali, ammont ta’ EUR 7 570 098.78 jew l-ammont li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq li jingħata, maqsum pro rata għal kull wieħed mir-rikorrenti fl-istess proporzjon bħall-ammont li jingħata bħala dannu materjali;

iżżid l-ammont dovut bl-interessi moratorji korrispondenti mill-għoti ta’ din is-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2017, C 424, p. 42).

____________