Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn Susanne Rutzinger-Kurpas mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-491/18 – Vafo Praha vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea - Rutzinger-Kurpas

(Kawża C-887/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Susanne Rutzinger-Kurpas (rappreżentant: F. Lichtnecker, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Vafo Praha s.r.o.

B’dirgriet tal-11 ta’ Frar 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina l-ammissjoni tal-appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li Susanne Rutzinger-Kurpas għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________