Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2008 - M. Peter Schönberger vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-7/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: M. Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tal-15 ta' Jannar 2007, li r-rikorrent ma jingħatax it-tielet punt ta' mertu fil-kuntest tar-rapport tiegħu għas-sena 2003 u tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tas-16 ta' Ottubru 2007, li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-15 ta' Jannar 2007;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________