Rikors ippreżentat fis-27 ta' Frar 2009 - Meister vs UASI

(Kawża F-17/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Herbert E. Meister (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar il-kalkolu tal-punti għal promozzjoni ghas-sena 2008 u talba ghad-danni għall-ksur tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba tal-persunal.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Prim'Istanza:

-    tannulla d-deċiżjoni inċidentali meħuda mill-President fl-20 ta' Diċembru 2008, li tiċħad l-ilment intern tar-rikorrent tal-20 ta' Awwissu 2008 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

-    tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni tar-rikorrent, fl-ammont stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

-    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

____________